Żjarat turistiċi

Għal gruppi ta’ mhux iktar minn 20 parteċipant, l-Uffiċċju tat-Turiżmu tal-Lussemburgu jorganizza żjarat iggwidati tal-Qorti tal-Ġustizzja mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-17.30 kif ukoll matul tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi ġudizzjarji. L-appuntamenti għal dawn iż-żjarat jistgħu jinkisbu mingħand il-Luxembourg City Tourist Office erba’ ġimgħat qabel iż-żjara mixtieqa - 30, Place Guillaume II, L‑1648 il-Lussemburgu, B.P. 181 – L‑2011 il-Lussemburgu, Tel.: +352 22 28 09 - Faks: +352 46 70 70 - Posta elettronika: guides@lcto.lu - www.luxembourg-city.com.